Message from the Head of School

Merħba fl-Iskola Tagħna

Il-missjoni u l-viżjoni tal-iskola hija li naċċertaw li ngħinu fil-mixja ta’ kull student biex jilħqu l-miri kemm fl-isport kif ukoll fl-aspett akkademiku. Id-dover tagħna huwa li nagħmlu dak kollu meħtieġ billi noffru edukazzjoni ħolistika u niżviluppaw il-potenzjal tal-istudenti. Għalhekk qed naħdmu biex intejbul-programmi akkademiċi u sportivi, inżidu r-riżorsi umani u nsaħħu l-faċilitajiet sportivi u anke dawk li għandhom x’jaqsmu mal-akkademja. Importanti li l-istudenti ngħinuhom biex ikunu assertivi u kompettitivi b’mod ġust. Aspett ieħor importanti huwa li nedukaw lill-istudenti biex japprezzaw dak kollu li jagħmlu magħhom il-ġenituri, l-għalliema u s-sistema edukattiva. Ir-rispett, id-dixxiplina morali, u l-impenn huma parti integrali mill-qafas tal-iżvilupp għall-karattru sod ta’ kull individwu. L-Iskola Nazzjonali tal-Isport għandha rwol importanti f’pajjiżna fejn il-miri tagħna huma li għada pitgħada, l-istudenti tagħna jieħdu sehem fl-ogħla kompetizzjonijiet sportivi u jagħmlu suċċess fil-kamp sportiv u fil-ħajja professjonali tagħhom kemm għalihom u kif ukoll għal pajjiżna.

Robert Magro
Kap tal-Iskola